Home » Shop
  • Author: Dr. Peter Aguis 2010 - 263 pp.
  • Author: Prof. Joe Friggieri

    Dan huwa t-tielet u l-ahhar volum tal-istorja tal-filosofija miktuba minn Joe Friggieri. L-ewwel volum kien jibda mill-Presokratici u jispicca bir-Rinaxximent. It-tieni volum fetah b'Descartes u ghalaq b'Kant. Dan il-volum ikompli l-istorja mill-idealizmu Germaniz sa zminijietna, u jipprezenta b'mod lucidu l-hsieb ta' figuri kbar bhal Hegel, Marx, Schopenhouer, Kierkegoord, Darwin, Nietzsche, Frege Husserl, Freud, Russell, Wittgenstein, Heidegger, Sartre, Gadamer, Habermas u Quine. Jittratta wkoll l-ideat ta' Foucoult, Derrida, Lyotard u postmodernisti ohra bhal Deleuze, Guattari u Baudrillard, flimkien ma' dawk tal-esponenti ewlenin tal-femminizmu Franciz, bhal Simone de Beauvoir, Julia Kristeva, Luce Irigaray, Michele Le Doeuff u Helene Cixous. Il-ktieb jaghlaq b'taqsima fuq il-filosofija Anglo-Amerikana wara Wittgenstein u b'harsa lejn il-kritika radikali tas-socjeta kontemporanja minn filosfi kontinentali bhal Alain Badiou, Giorgio Agamben, Slavaj Zizek u s-socjologu Zygmunt Bauman.

  • Author: Peter Serracino Inglott Series Editor: Joe Friggieri 1995 - 281 pp.
  • Author: Charles Camilleri

    Rhythmic training for musicians 1993 – 102 pp.

  • Author: Dr Grazio Mercieca

    huwa l-ewwel wieħed minn tlett volumi.  Il-volumi sussegwenti sejrin jitrattaw temi oħrajn bħad-dritt ċivili sostantiv, dritt kummerċjali, liġijiet tal-kera, dritt industrijali, dritt fiskali u liġi dwar it-traffiku. Dan huwa essenzjalment ktieb ta' riferenza u l-iskop ewlieni tiegħu huwa li jservi ta' riferenza faċli u komprensiva għall-avukati prattikanti, anke jekk il-massimarji fihom kontenut qawwi ta' prinċipji legali li jinteressaw lill-istudjuż tal-liġi u lill-istudenti. Għalhekk il-massimarji huma mqassmin skond is-suġġett b'mod alfabetiku f'kapitoli; u b'mod analitiku f'kull kapitolu. Barra l-Werrej fuq quddiem hemm ukoll, fuq wara, għadd ta' indiċijiet - tal-leġislazzjoni ewlenija u sussidjarja  ċċitata fil-massimarji; tas-sentenzi u opri legali ċċitati fl-istess massimarji, indiċi tal-massimarji nfushom kif ukoll indiċi analitiku-alfabetiku. 1088 pages

  • Il-politika hija dak il-proċess li jfassal ideat u toroq li bihom u fuqhom jitwettqu żviluppi tajbin, inqas tajbin jew ħżiena fis-setturi diversi tal-ħajja ta’ kuljum. Kull fejn hemm tmexxija, hemm politika li tista’ tissarraf kemm fi tmexxija u riżultati tajbin, kif ukoll fi tmexxija ħażina. Jien li ġej mill-qasam mediku, imma għaddejt 45 sena minn ħajti fil-qasam politiku, stajt nirrelata ma’ u napprezza l-livell għoli tal-materjal li hawn f’din il-pubblikazzjoni. F’dawn il-kontribuzzjonijiet sibt faċċati li jittrattaw bil-miftuħ dawk l-isfidi u problemi etiċi, morali u politiċi li jien stess iffaċċjajt matul dawk is-snin u li ħsibt mhux ftit fuqhom matul il karriera twila tiegħi fil-politika. L-Eċċellenza Tiegħu t-Tabib George Vella President ta’ Malta   Dan ix-xogħol jistħoqqlu tifħir, tal-anqas, għal żewġ raġunijiet ewlenin. Raġuni waħda hija l-interdixxiplinarità tiegħu. Kelma twila u tqila li tfisser li l-materjal u s-suġġetti f’dan il-ktieb mhumiex mgħarbula u skjerati minn lenti dejqa ta’ dixxiplina partikulari. It-tieni raġuni hija l-ilsien Malti li bih issawru l-kapitli ta’ dan il-ktieb. Bl-interdixxiplinarità tiegħu, u miktub kif inhu bil-Malti, dan il-ktieb huwa xempju tal-qrubija bejn l-akkademja, l-ekonomija u s-soċjetà Maltija; xhieda ta’ kif u kemm l-Università kapaċi wkoll tersaq qrib in-nies. Il-Professur Godfrey Baldacchino, Soċjologu   Nilqa’ lill-qarrejja kollha ta’ dawn is-saġġi fuq aspetti varji tal-politika mogħtija minn għadd sabiħ ta’ akkademiċi u prattikanti li wara li wasslu l-kontenut, l-argumenti u l-analiżi riċerkati tagħhom lis-semmiegħa, ikkollaboraw biex il-programmi jinqalbu fi ktieb. Bħala produttur u preżentatur fuq Campus FM, l-awtur ta’ din il-pubblikazzjoni għamel biċċa xogħol fejjieda biex l-għerf imberraħ minn wara l-mikrofonu jsib postu mitbugħ f’dan il-volum denju. Dott. Charles Xuereb, Chairperson tal-Bord Editorjali tar-Radju tal-Università   Dwar l-awtur Dott. Mario Thomas Vassallo huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika fl-Università ta' Malta fejn jgħallem l-amministrazzjoni pubblika, ir-riċerka xjentifika u l-governanza, fost oħrajn. Kitbietu ġew ippubblikati minn djar tal-kotba f’Malta u oħrajn internazzjonali. Koeditur tas-serje ta’ kotba bl-isem Public Life in Malta. Ipproduċa għadd ta’ sensiliet radjufoniċi li jittrattaw temi soċjali, politiċi u ta’ Melitensia fuq Campus FM, FM Bronja u Radju Malta.
  • JMS Vol 29 No 1  The Journal of Mediterranean Studies (JMS) is an interdisciplinary journal published twice yearly since 1991. It is specifically aimed at scholars whose professional academic interests are concerned with Mediterranean societies and cultures within the fields of Social Anthropology, History, Classics and Archeology, Popular Art and Literature. The journal intends to provide a forum whereby scholars working in academically and geographical contiguous areas can explore, and be exposed to, parallel and related theoretical issues. It sets out to establish a framework for interdisciplinary discussion, particularly important when studying Mediterranean societies and cultures, and to encourage dialogue between academics. This prestigious journal is indexed by Scopus and SCImago.  

    Price for the overseas:

     

    £Stg 30.00,  50 Euros,   US$60   Individuals

     

    £Stg 60.00,  120 Euros,  US$ 120  Institutions

      10 euros for local subscription  
  • Author: Dr Grazio Mercieca

    MALTA UNIVERSITY PUBLISHING għadu kif ippubblika t-Tieni Volum ta’ Massimarji tal-Imħallef Philip Sciberras.  L-ewwel volum kien jitratta l-proċedura ċivili.  It-tieni volum jitratta temi ta’ dritt ċivili sostantiv, bħad-drittijiet tal-persuna, proprjetà, suċċessjoni u obbligazzjonijiet, kuntratti in ġenerali u kuntratti speċifiċi bħall-appalt, bejgħ u l-kera. Dan huwa essenzjalment ktieb ta’ referenza. 1269 pages.
  • Author: Dr Grazio Mercieca

    MALTA UNIVERSITY PUBLISHING għadu kif ippubblika t-Tieni Volum ta’ Massimarji tal-Imħallef Philip Sciberras.  L-ewwel volum kien jitratta l-proċedura ċivili.  It-tieni volum jitratta temi ta’ dritt ċivili sostantiv, bħad-drittijiet tal-persuna, proprjetà, suċċessjoni u obbligazzjonijiet, kuntratti in ġenerali u kuntratti speċifiċi bħall-appalt, bejgħ u l-kera. Dan huwa essenzjalment ktieb ta’ referenza. 1269 pages.
  • Polyester travel bag with shoulder strap. 1 main and 1 side pocket. 49 x 29 x 19 cm
  • Sale!

    Pink October T-shirt

    Original price was: €15.00.Current price is: €12.00.
    Limited edition 100% cotton t-shirt with Pink October design. Profits from the sale of this item help to support Pink October.
  • Personalised t-shirt (white) including name, course and year of Graduation.