///Massimarji tal-Imħallef Philip Sciberras – Proċedura Ċivili (L-Ewwel Volum) (Hardback)

Massimarji tal-Imħallef Philip Sciberras – Proċedura Ċivili (L-Ewwel Volum) (Hardback)

85.00

Author: Dr Grazio Mercieca

huwa l-ewwel wieħed minn tlett volumi.  Il-volumi sussegwenti sejrin jitrattaw temi oħrajn bħad-dritt ċivili sostantiv, dritt kummerċjali, liġijiet tal-kera, dritt industrijali, dritt fiskali u liġi dwar it-traffiku. Dan huwa essenzjalment ktieb ta’ riferenza u l-iskop ewlieni tiegħu huwa li jservi ta’ riferenza faċli u komprensiva għall-avukati prattikanti, anke jekk il-massimarji fihom kontenut qawwi ta’ prinċipji legali li jinteressaw lill-istudjuż tal-liġi u lill-istudenti. Għalhekk il-massimarji huma mqassmin skond is-suġġett b’mod alfabetiku f’kapitoli; u b’mod analitiku f’kull kapitolu. Barra l-Werrej fuq quddiem hemm ukoll, fuq wara, għadd ta’ indiċijiet – tal-leġislazzjoni ewlenija u sussidjarja  ċċitata fil-massimarji; tas-sentenzi u opri legali ċċitati fl-istess massimarji, indiċi tal-massimarji nfushom kif ukoll indiċi analitiku-alfabetiku. 1088 pages