Home » Books » Other Publications » Page 3
  • This is the first literal translation of Stumme’s collection of 37 folktales from Malta and Gozo which were narrated to him mostly by illiterate peasants and which he recorded in phonetic script in 1903 when he visited Malta.  They are an invaluable contribution to the heritage of the Maltese islands.
  • Il-politika hija dak il-proċess li jfassal ideat u toroq li bihom u fuqhom jitwettqu żviluppi tajbin, inqas tajbin jew ħżiena fis-setturi diversi tal-ħajja ta’ kuljum. Kull fejn hemm tmexxija, hemm politika li tista’ tissarraf kemm fi tmexxija u riżultati tajbin, kif ukoll fi tmexxija ħażina. Jien li ġej mill-qasam mediku, imma għaddejt 45 sena minn ħajti fil-qasam politiku, stajt nirrelata ma’ u napprezza l-livell għoli tal-materjal li hawn f’din il-pubblikazzjoni. F’dawn il-kontribuzzjonijiet sibt faċċati li jittrattaw bil-miftuħ dawk l-isfidi u problemi etiċi, morali u politiċi li jien stess iffaċċjajt matul dawk is-snin u li ħsibt mhux ftit fuqhom matul il karriera twila tiegħi fil-politika. L-Eċċellenza Tiegħu t-Tabib George Vella President ta’ Malta   Dan ix-xogħol jistħoqqlu tifħir, tal-anqas, għal żewġ raġunijiet ewlenin. Raġuni waħda hija l-interdixxiplinarità tiegħu. Kelma twila u tqila li tfisser li l-materjal u s-suġġetti f’dan il-ktieb mhumiex mgħarbula u skjerati minn lenti dejqa ta’ dixxiplina partikulari. It-tieni raġuni hija l-ilsien Malti li bih issawru l-kapitli ta’ dan il-ktieb. Bl-interdixxiplinarità tiegħu, u miktub kif inhu bil-Malti, dan il-ktieb huwa xempju tal-qrubija bejn l-akkademja, l-ekonomija u s-soċjetà Maltija; xhieda ta’ kif u kemm l-Università kapaċi wkoll tersaq qrib in-nies. Il-Professur Godfrey Baldacchino, Soċjologu   Nilqa’ lill-qarrejja kollha ta’ dawn is-saġġi fuq aspetti varji tal-politika mogħtija minn għadd sabiħ ta’ akkademiċi u prattikanti li wara li wasslu l-kontenut, l-argumenti u l-analiżi riċerkati tagħhom lis-semmiegħa, ikkollaboraw biex il-programmi jinqalbu fi ktieb. Bħala produttur u preżentatur fuq Campus FM, l-awtur ta’ din il-pubblikazzjoni għamel biċċa xogħol fejjieda biex l-għerf imberraħ minn wara l-mikrofonu jsib postu mitbugħ f’dan il-volum denju. Dott. Charles Xuereb, Chairperson tal-Bord Editorjali tar-Radju tal-Università   Dwar l-awtur Dott. Mario Thomas Vassallo huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika fl-Università ta' Malta fejn jgħallem l-amministrazzjoni pubblika, ir-riċerka xjentifika u l-governanza, fost oħrajn. Kitbietu ġew ippubblikati minn djar tal-kotba f’Malta u oħrajn internazzjonali. Koeditur tas-serje ta’ kotba bl-isem Public Life in Malta. Ipproduċa għadd ta’ sensiliet radjufoniċi li jittrattaw temi soċjali, politiċi u ta’ Melitensia fuq Campus FM, FM Bronja u Radju Malta.