Din il-kollezzjoni ta’ ħrejjef hija importanti fil-wirt folkloristiku ta’ Malta għaliex tikkonsisti fi stejjer tal-passat li l-antenati tagħna għaddew bil-fomm bejn ġenerazzjoni u oħra. Stumme għamel xogħol eċċellenti billi rrekordjahom eżatti kif semagħhom għax b’hekk għandna rikordju dirett ta’ kif kienu jitkellmu u jaħsbu l-Maltin tal-1903. Flimkien ma’ dawk li oriġinaw minn Malta, dawn il-ħrejjef jinkludu oħrajn li juru l-influwenza tal-barranin. Dawn l-istejjer oriġinalment ġew irrakkontati bid-djalett u Stumme kitibhom bil-lingwa fonetika. Grima qalbithom għall-Malti modern bit-tama li dawn l-istejjer isiru parti mill-edukazzjoni tal-Maltin.

Lily Grima ltaqghet mal-kollezzjoni ta’ dawn l-istejjer waqt li kienet qed tagħmel riċerka fuq l-etnomużikoloġija ġo Goldsmiths College, Londra. Il-karriera prinċipali tagħha kienet fil-qasam tal-edukazzjoni bħala għalliema li tispeċjalizza fil-mużika. Bħalissa hija taħdem privatament bħala interpreta u traduttriċi.